Fil-bard u l-ksieħ
Lil hinn mill-post li drajnieh
Bliet oħra jsejħulna,
Tkun Minsk jew Brest.
Fil-bard u l-ksieħ...
Mhux ta’ b’xejn, mhux ta’ b’xejn,
Lil hinn mis-siġar għeżież tal-luq
Jiġbidna lejh dak l-ibgħad post
Donnu jkun hemm iżjed gost.
Mhux ta’ b’xejn, mhux ta’ b’xejn...
Iddur kemm iddur bina fid-dar
Għal-laqgħat mal-ħbieb ġodda
Xorta nixxennqu
Għax inkella niddejqu.
Donna magħhom insibu aktar xalar...
Anke jekk
Nieħdu ħafna pjaċir
Xorta nerġgħu lura.
Hawnhekk jew hemm,
Fejn hi l-kewkba tagħna allura?
|