Is-silġ ikun fuq, ikun isfel, u jien maqbud fin-nofs.
Il-biċċa t’isfel nitrappana jew se nkisser dik fuqana?
Fil-wiċċ żgur jien irrid nitla’ u mhux se naqta’ jiesi,
Wara ninfexx fix-xogħol sejjer, jien u nistenna l-viżi.
Ja silġ itfarrak, tfaqqa’ fuqi!
Sirt għarqan xraba donni naħdem bil-moħriet.
Se nerġa’ lura għandek bħall-vapuri mill-għanjiet,
Waqt li kollox qed niftakar, saħansitra l-vrus il-qodma.
Xellift l-erbgħin u għandi anqas min-nofs seklu
Jien ħaj għax tnax-il sena mħares mill-Mulej u minnek, marti.
U għandi fis-siegħa li nkun quddiemU x’inkantalU,
Għandi biex niġġustifika qiddiem Alla ħajti.
|