Kemm hemm għeġubijiet moħbija fiċ-ċpar.
La tersaq, la tara u lanqas tmiss.
Darbtejn ippruvajna, iżda fuq tlieta toqgħod il-borma,
Kollox sew, se nkomplu nippruvaw sakemm jirnexxilna.
Tgħallem bl-amment sew, tinsiex
U rrepeti bħas-seħer:
“Titlifx il-fidi fiċ-ċpar,
U la titlifx lilek innifsek!”
Xi darba ċ-ċpar kien il-patrimonju tagħna,
Ħeba ħafna minna mill-għedewwa
Illum il-ġurnata intemmet il-missjoni tiegħek ja ċpar,
Tibqax issakkarha t-Tajga bil-firroll!
Tgħallem bl-amment sew, tinsiex
U rrepeti bħas-seħer:
“Titlifx il-fidi fiċ-ċpar,
U la titlifx lilek innifsek!”
Mistur bil-misteru, mitbuq bis-silenzju,
Saħħret natura - xaman.
Deheb iswed, deheb abjad jgħassu l-għassies xehbieni
Li huwa ċ-ċpar.
Tgħallem bl-amment sew, tinsiex
U rrepeti bħas-seħer:
“Titlifx il-fidi fiċ-ċpar,
U la titlifx lilek innifsek!”
Dan xi jkun? Li wieħed jipprova għalxejn?
Quddiem iċ-ċpar il-bnedmin m’huma xejn?
Iżda bis-sħana, bis-sħana umana
Anke ċ-ċpar jibda tiela’ ‘l fuq.
Tgħallem bl-amment sew, tinsiex
U rrepeti bħas-seħer:
“Titlifx il-fidi fiċ-ċpar,
U la titlifx lilek innifsek!”
|