Ma konniex naqsmuk bejnietna u nfissduk
U dak li ħabbejna sar il-passat.
Jien inġorr ix-xbieha tiegħek għażiża f’qalbi, Valja
Iżda Ljoxa pinġa din ix-xbieha fuq sidru.
Dakinhar f’dak l-istazzjon tal-ferrovija,
Meta konna ngħidu “ċaw” lil xulxin
Jien tennejt li f’ħajti mhu se ninsa qatt lil Valja,
U weġibni Ljoxa ,“ Lanqas jien”.
Issa ddeċiedi min iħossu biha agħar,
Min ibati iżjed, pprova ifhem:
Hu li għandu x-xbieha tiegħek fuq barra
Jew jien biha minquxa fuq il-qalb muġugħa.
U kultant tassew inħossni mdejjaq
Inkun nixtieq immur naqbeż biss.
Tifhimnix ħażin li ngħid lil Ljoxa ħalli jiftaħ il-qmis,
Biex inħaress lejk għas-sigħat sħaħ.
U milux ħabib tiegħi, ħabib ta’ veru
Dawk id-dwejjaq iġġilidhom bl-arti,
Minn fuq is-sider Ljoxa kkopjak
U fuq sidri pinġa l-profil tiegħek.
Naf li ma tistax tgħid kontra sħabek
Iżda nħoss aktar viċin tiegħek mill-ħsieb
Li tiegħi jew aħjar tiegħek tpinġija
Ħafna isbaħ ġiet mix-xbieha fuq is-sider tal-ħabib.
|