Kieku dgħajjef kont fiżikament,
B’saħħti kont se nkun jien moralment.
L-alkoħol ma kontx se nixrob, lanqas qatra,
U ma’ nisa mhux se nħawwad kieku, nagħmel imħatra!
Kieku b’saħħti kont fiżikament
X’kont se nagħmel, lanqas naħseb qed nibża’,
Kont se nixrob bix-xaba’ ix-xmara ta’ nida
Imma xorta ma nkunx nersaq lejn in-nisa!
Iżda jekk jiena ħriġt ta’ kalibru nofsani,
X’naqbad nagħmel, hemm l-iċken idea?
Ma nistax l-alkoħol ma nixrobx,
U l-mara! Kif qatt nista’ ma nħares jien lejha!
|