Kemm-il darba naqbad it-titjira Moska-Odessa
Iżda l-ajruplan jerġa’ ma jitħalliex jitlaq.
Issa ġiet il-ħowstess liebsa blu, donnha prinċepessa,
Infallibbli bħall-flotta ċivili kollha.
Fuq Murmansk m’hemmx sħab
U jekk trid issa stess tista’ tmur Ashgabad.
Miftuħa Kiev, Kishinev, Miftuħ ukoll Kharkov u Lvov
Iżda m’għandix x’nambihom.
Qaluli li llum m’għandix nittama għall-aħjar,
Li ma jmissnix norbot fuq is-smewwiet.
U jerġgħu jdewmu t-titjira lejn Odessa
Did-darba għax bis-silġ miksi l-mitjar.
F’Leningrad beda jdub is-silġ u jinżel minn fuq l-bjut,
Għax lejn Leningrad titjira ma naqbqdx?
Tbilisi bħalissa għandhom temp sħun u bnazzi
U jikber it-te’ imma ma rridx immur hemmhekk jien, grazzi.
Qed nisma’ nies sejrin Rostov!
Iżda jien mejjet biex immur Odessa,
Fejn għal tlitt ijiem m’aċċettawx li jinżlu ajruplani
Għalhekk din it-titjira dejjem tkun posposta.
Irrid immur fejn hemm imniezel tas-silġ
U għada mistennija tagħmel il-borra.
Iżda xi mkien jirrenja d-dawl tax-xemx u d-dija,
Hemm ikun tajjeb imma mhux għalija!
Minn hawn m’hemmx tluq, hemmhekk ma jaċċettawx inżul,
Tad-dwejjaq u mhux ġust, Imm’ara
Il-ħowstess issejħilna biex nitilgħu b’leħen tedjuż,
Tixbah lill-flotta ċivili kollha.
U l-iktar post imwarrab ukoll fetħu
Fejn ebda premju ma jħajrekx għalih.
Miftuħ il-port magħluq ta’ Vladivostok,
Miftuħ Pariġi imma jien m’għandix x’nambih.
Se nitilgħu ’l fuq u t-temp se jsir aħjar. U issa se titneħħa ż-żamma.
Ħoss qawwi qiegħed jinstema’ tat-turbini u sforza l-ajruplan,
Però jien tlift diġà kull tama.
Mitt skuża se ssibilhom ħalli ma jaċċettawnix.
Irrid immur fejn hemm is-silġ u ċ-ċpar
Fejn għada mistennija tagħmel il-borra.
Miftuħa Londra, Delhi, Magadan,
M’għandix x’nambihom, għalkemm miftuħa kollha!
Kelli reġun! Ma nafx jekk għandix nibki jew nidħaq
Għax it-titjira reġgħet ġiet posposta
U fil-passat mill-ġdid teħodna l-ħowstess - Miss Odessa,
Bħal TU irqiqa u pulita, U aċċessibbli bħall-flotta ċivili kollha.
Sat-tmienja reġgħu dewmu t-titjira,
U n-nies ressenjati bdew jorqdu.
Iż-żikk kemm sirt xebgħan,
Daqshekk, jien sejjer fejn jaċċettaw l-inżul tal-ajruplan!
|