Kont nippassiġġa darba waħda fil-belt kapitali
U ġara li lqatt lit-tnejn mhux apposta, b’mod banali.
Imbagħad sibt ruħi fl-għassa tal-pulizija
U mitt Għax lilha rajt, qatlitni bis-sbuħija!
Ma nafx x’kienet qed tagħmel hemm
Forsi ġiet tiġbor passaport, Dak il-ħsieb beda f’rasi jdur.
Xi sbuħija! Żagħżugħa u bjonda...
Se nfittixha, dan żgur!
Segwejtha sa darha, ftakart l-entratura.
X’ħa ngħidilha? Li jien - kriminal?
Wara li xrobt ħassejt kuraġġ ġo fija,
Stedintha lill-għażiża f’restorant tal-istazzjon tal-ferrovija.
Dawk in-nies li kienu għaddejja
Il-ħin kollu jidħqulha lil dik sbejħa ħdejja
Bdejt niġġennen, xtaqt ngħajjat “Ajjut!”
U lil wieħed jegħmiżha rajtu, Bla ma ħsibt darbtejn, fqajtlu ħalqu!
Kont indellikilha l-panini bil-kavjar,
Liri bdew ħerġin donnhom xi xmara ta’ flus,
L-aqwa diski kont nordna għaliha!
Fl-aħħar nett ordnajtilha “l-Għerienaq”.
Bqajt nagħtiha l-wegħdiet sal-filgħodu,
Nerġa’ ntenni u ntenni dal-kliem:
“Int għalija l-mħabba mill-ewwel ħarsa,
Ilni ma nisraq lil ħadd ħamest ijiem!”
Kont qed nibki u nomħot fix-xalpa
Waqt ngħidilha li l-ħajja moħlija
Qaltli temmen, għalhekk kienet se ttini
lilha nnifisha għall-prezz tajjeb għalija.
Tajtha daqqa, lill-ħlejqa bjondija
Beda jbaqbaq demm sħun
Issa fhimt dakinhar x’kienet tagħmel fil-għassa
Din l-mħabba tiegħi mill-ewwel ħarsa...
|