Dan huwa, dan hu,
Ta’ rwieħna l-għamieq,
Fejn żewġt iqlub donnhom waħda
Qed igħumu f’dil-profondita’,
Wasal il-waqt biex inġerru l-purtieri
Fuq it-tieqa.
Ma jimportax jekk fil-passat tagħna se jqallbu xi persuni strambi
U jiddeċiedu l-prezz tiegħu dawn in-nies,
Li jkun diġa’ maħdum
U mħallas -
L-imħabba waħda, l-imħabba biss.
Kemm hi kiesħa, kiesħa
Tal-ħitan imneżża’ l-bjuda
Iżda ż-żewġt iqlub qed iħabbtu donnhom waħda
U t-tieqa miftuħa beraħ għax ikeċċu kull bruda!
Iżda ma baqax jagħtiha fjuri hekk, bla okkażjoni...
U issa fil-kafetterija
Ta’ nisa oħra jitpaxxa bis-sbuħija.
U tkun titbissem hi mit-tieqa
Lin-nies li ma tafhomx
U tidra torqod solitarja u bid-diqa.
|