Snin kollha u sekli u epoki wara xulxin
Kulħadd ifittex is-sħana lilhinn Mill-ksieħ u l-maltempati tas-silġ.
Imma għaliex dawn l-għasafar ipassu lejn it-Tramuntana
Jekk suppost għandhom jerħulha lejn in-Nofsinhar biss?
M’għandhomx bżonnhom il-kobor u l-glorja.
Malli jispiċċa s-silġ taħt ġwinħajhom
Se jsibu l-hena tal-għasafar
Bħala l-premju għat-titjira qalbiena.
Għaliex ma kellniex kwiet f’ġisimna?
X’ġiegħelna nsiefru fuq il-mewġa kbira?
L-awrora s’issa ma rajniehiex.
Saret rari għax illum il-ġurnata l-awrori Għandhom prezz għoli!
Is-silenzju. Gawwi hawn biss bħas-sajjetti.
Nitimgħuhom bil-vojtaġni minn idejna.
Pero’ niġu ppremjati bil-ħoss
Għal das-skiet bilfors.
Kemm ilna noħolmu bil-ħolm abjad biss,
Lwien oħra nsatru bis-silġ. Ilna li b’din il-bjuda għamejna,
Nerġgħu niksbu lura d-dawl ta’ għajnejnna
Bis-saħħa tar-roqgħa sewda tal-art.
Griżmejna se jinħelsu mis-skiet,
Id-dgħufija tagħna qed tikber bħad-dell.
Pero’ bħala premju għall-iljieli,
Fejn biss disprazzjoni l-ħakkiema, Ikunilna ġurnata polari dejjiema.
It-Tramuntana, l-liberta’ u t-tama - pajjiż mingħajr il-konfini,
Silġ mingħajr ħmieġ donnu l-ħajja twila bla gideb.
Ċawl mhux se jiklilna minn ħofor għajnejna,
Għax ma jeżistix ħawn l-ebda wieħed.
Min ma emminx fl-oraklu ħażin,
U qatt ma mtedd fis-silġ biex jistrieħ,
Jiġi għas-solitudni ppremjat
Billi jiltaqa’ ma’ xi ħadd.
|