Se nibdew din l-istorja mill-ħaġa moħġaġa,
Lanqas Alise bilkemm se tagħti r-risposta:
X’se jibqa’ mill-ħrafa
wara li tkun ingħadet?
Fejn hu pereżempju l-buq il-maġiku?
Is-saħħara t-tajba fejn taret?
X’inhu? E-e! Qed tara, xbin,
Din hija l-ħaġa:
Huma ma jisparixxux u ma jinħallux,
Irrakkontati fil-ħrafa, ifeġġu fil-ħolm,
Fl-Art tal-Meravilji maġika jmorru.
Aħna, bla dubju, se niltqgħu magħhom f’dil-art favoluża...
Hemm ħafna li ma jiftiehemx f’dak il-pajjiż,
Tista’ titfixkel jew tintilef...
Jaqbdek il-bard
Jekk tibda’ taħseb x’jista’ jinqala’:
F’daqqa waħda abbiss issib quddiemek, x’ħa tagħmel?
Tibża’ mal-ewwel jew se taqbeż kollok kuraġġ?
X’inhu? E-e! Qed tara, xbin,
Din hija l-ħaġa.
It-tajjeb u l-ħażin fl-Art tal-Meravilji jinzertaw bħal kullimkien,
Imma hemm biss huma joqogħdu fix-xaqlibiet differenti,
Hemmhekk stejjer jimirħu fit-toroq diversi,
U fantasiji jiġġerrew fuq saqajn irqaq.
U l-aħħar: nixtieq jien
Biex dejjem tagħrfuni,
Inkun għasfur fl-Art tal-Meravilji,
L-għasfur Dodo, kif isejħuli t-tfal.
Lanqas Alise tiegħi mhi se tinduna,
Meta nkun fil-ġisem ta’ għasfur,
X’inhu? E-e! Qed tara, xbin,
Din hija l-ħaġa.
Kemm jiġru stramberiji fl-Art tal-Meravilji!
Ma jkunx hemm il-konfini, m’għandekx għalfejn taqdef, tiġri jew ittir,
Mhu xejn diffiċli biex issib ruħek hemmhekk, ħadd mhu projbit
Milli jidħol fiha - jeħtieġ biss xewqa qawwija.
* * *
|