Inħossni mdejqa b’mod stramb u bla saħħa.
Ma jħallunix bi kwieti l-ħsibijiet ħajrana
Biex xi ħadd jistedinni xi mkien
U nara hemmhekk xi ħaġa ta’ barra minn hawn!..
Iżda xi tkun eżatt, lanqas naf!
Kulħadd qiegħed jagħti l-parir b’leħen wieħed:
“Aqra l-ktieb!”, inpoġġi u naqra,
“Ilgħab!”, mal-qattus nibda nilgħab,
Imm’xorta waħda nibqa’ mdejqa!
Sur! Ħu lil Alise miegħek!
Jien nixtieq, jien irrid
Noħroġ mid-dar, xi darba, xi darba,
U nsib ruħi fuq nett, fl-għamieq f’daqqa waħda
Ġewwa u barra, hemm, fejn kollox ikun differenti!
Iżda xi jkun eżatt, lanqas naf!
Kulħadd qiegħed jagħti l-parir b’leħen wieħed:
“Aqra l-ktieb!”, inpoġġi u naqra,
“Ilgħab!”, mal-qattus nibda nilgħab,
Imm’xorta waħda nibqa’ mdejqa!
Sur! Ħu lil Alise miegħek!
Mank kollox jinqaleb ta’ taħt fuq fid-dar,
Jekk se jsegwi kastig, mhix problema, naċċetta,
Nagħlaq għajnejja, ngħodd sa tlieta...
X’ħa jiġri? X’ħa jiġri, ma ngħidx kemm ninkwieta!
Iżda xi jkun vera ma nafx!
Kollox tħawwad fis-sħana tan-nofsinhar:
Naqra? - Inpoġġi u nilgħab,
Nilgħab? - Mal-qattus inkun qed naqra,
Xorta waħda xi dwejjaq!
Sur! Ħu lil Alise miegħek!
|