Ma nħobbx it-tmiem fatali.
Qatt ma nixba’ mill-ħajja.
Ma nħobb ebda żmien fis-sena
Meta ma nkantax kanzunetti ferriħija.
Ma nħobbx iċ-ċiniżmu sfaċċat,
Fl-eloġji ma nemminx, niddejjaq ukoll
Meta xi ħadd barrani jaqra l-ittri tiegħi
Hu u jittawwal minn wara spalti.
Ma nħobbx meta l-affarijiet isiru nofs xogħol
Jew meta l-konverżazzjoni tieqaf ħesrem.
Ma nħobbx meta jisparawlek f’dahrek
Iżda kontra ukoll sparaturi mill-viċin.
Jien nobgħod il-qlajjiet magħmula fatt,
Id-dud tad-dubji, il-labra tal-unuri,
Jew meta l-ħin kollu jmellsu kontra l-pil
Jew meta jżerżqu bil-ħadid fuq il-ħġieġ.
Ma nħobbx ċertezza sodisfatta,
Aħjar li l-brejkijiet ifallu!
Inħossni diżappuntat li l-kelma “unur” intesiet,
U l-kalunja minn wara dahar xi ħadd issir unur.
Meta nara ġwienaħ miksura
Ma nkunx inħoss ebda ħniena u mhux ta’ b’xejn
Ma nħobbx il-vjolenza u d-dgħufija,
Iżda biss jiddispjaċini għal Kristu msallab.
Ma nħobbx lili nnifsi meta nibża’,
Inħossni diżappuntat meta jsawtu lil min hu bla ħtija,
Ma nħobbx meta jipprovaw jidħluli f’ruħi,
Aħseb u ara meta jobżquli ġo fiha.
Ma nħobbx areni u palkijiet,
Hemmhekk miljun isarrfu b’ħabba,
Għalkemm fil-futur għad iseħħu bidliet kbar,
Dawn m’jien se nsir inħobbhom qatt.
|