Għaliex kollox mhux kif kien? Mid-dehra kollox baqa’ kif ikun is-soltu:
L-istess sema - ikħal mill-ġdid,
L-istess foresta, l-istess arja, l-istess ilma...
B’differenza li hu ma ġiex lura mit-taqbida.
U issa ma nistax nifhem min minna kellu raġun
Fl-argumenti tagħna mingħajr l-irqad u l-kwiet.
Issa biss sirt inħoss in-nuqqas tiegħu
Meta hu ma ġiex lura mit-taqbida.
Kien iżomm is-skiet mhux f’loku u kien itenni l-kliem tal-kanzunetta,
Dejjem kien igħid fuq xi ħaġa oħra,
Ma kienx iħallini norqod u kien iqum ma’ tlugħ ix-xemx,
Imma lbieraħ ma ġiex lura mit-taqbida.
Dak li issa jinħass il-vojt - mhux il-punt:
F’daqqa waħda ndunajt li konna tnejn...
Għalija daqslikieku ħuġġieġa ntfiet bir-riħ
Meta hu ma ġiex lura mit-taqbida.
U issa r-rebbiegħa donna nħelset mill-priġunerija,
Biż-żball għajjattlu jien:
“Sieħbi, ħallili nifs!” - imma r-risposta kienet is-skiet...
Hu ma ġiex lura mit-taqbida lbieraħ.
Il-mejtin tagħna mhux se jħalluna fl-għawġ,
Il-maqtula tagħna bħas-suldati tal-għassa...
Is-sema jirrifletti fil-foresta bħal fl-ilma,
U s-siġar ikunu koħol.
Kien hemm biżżejjed spazju fit-tinda għalina,
U l-ħin kien igħaddi għalina t-tnejn...
U issa għalija biss, imma nistħajjel
Li jien ma ġejtx lura mit-taqbida.
|