Mal-irdum, quddiem l-abbiss, Sewwasew max-xifer tiegħu,
Qed nagħti bil-frosta liż-żwiemel tiegħi, Qed ngħaġġilhom.
Għal xi raġuni nħoss in-nuqqas tal-arja, Qed nixrob ir-riħ, qed nibla’ ċ-ċpar,
U qed inħoss, bl-estasi diżastruża, Li qed immut.
Bil-mod, żwiemel, Bil-mod,
Tobdux lill-frosta feroċi.
Imma għal xi raġuni nzertawli ż-zwiemel Kapriċċużi,
La lħaqt ngħix sal-laħħar, U lanqas mhu se nilħaq nispiċċa nkanta.
Se ntihom jixorbu liż-żwiemel, se nkanta sal-aħħar dad-distiku,
Għad noqgħod fix-xifer imqar għal ftit.
Se nisparixxi jien, se jtajjarni l-uragan Minn fuq il-pala tal-id bħar-rixa rqiqa,
U se jġorruni bi slitta fuq is-silġ Bil-galopp filgħodu.
Aqbdu l-pass mhux mgħaġġel, Żwiemel tiegħi,
Għall-inqas għal ftit imma tawluli trieqti Lejn l-aħħar refuġju.
Bil-mod, żwiemel, Bil-mod,
Tagħtux kashom il-frosta u s-sawt.
Imma għal xi raġuni nzertawli ż-zwiemel Kapriċċużi,
La lħaqt ngħix sal-laħħar, U lanqas mhu se nilħaq nispiċċa nkanta.
Se ntihom jixorbu liż-żwiemel, se nkanta sal-aħħar dad-distiku,
Għad noqgħod fix-xifer imqar għal ftit.
Wasalna fil-ħin, Għand Alla ħadd ma jittardja,
Imma għaliex l-anġli hemmhekk qed ikantaw B’vuċijiet daqshekk irrabbjati.
Jew dik il-qanpiena qed tibki U ma tistax tieqaf,
Jew inkella dak jien qed ngħajjat liż-żwiemel Biex ma jġorrux l-islitta b’dil-ħeffa kollha.
Bil-mod, żwiemel, Bil-mod,
Qed nitlobkom bil-ħniena biex ma ttirux bil-galopp.
Imma għal xi raġuni nzertawli ż-zwiemel Kapriċċużi,
La ma lħaqtx ngħix sal-laħħar, Għall-inqas nipprova nilħaq nispiċċa nkanta.
Se ntihom jixorbu liż-żwiemel, se nkanta sal-aħħar dad-distiku,
Għad noqgħod fix-xifer imqar għal ftit.
|