Hawn il-friegħi taż-żnieber jirtogħdu fl-arja,
Hawn l-għasafar ipespsu b’mod anzjuż.
Qed tgħix ġol-foresta salvaġġa msaħħra,
Minn fejn impossibbli li wieħed jitlaq.
Għalkemm il-fjuri taċ-ċirasa salvaġġa jinxfu fir-riħ bħall-bjankerija,
U l-fjuri tal-lela’ jaqagħu bħax-xita,
Xorta waħda se nieħdok minn hawn fil-palazz
Fejn jinstemgħu l-flejguti.
Is-sħaħar satruha d-dinja tiegħek għall-eluf tas-snin
Minni u mid-dawl.
U qed taħseb inti li m’hawn xejn isbaħ
Minn dil-foresta msaħħra.
Għalkemm fuq il-weraq ma jkunx hemm nida filgħodu,
U l-qamar miġġieled mas-sema msaħħab,
Xorta waħda se nieħdok minn hawn
Fit-torri mdawwal bil-gallarija tagħti għall-baħar.
F’liem ġurnata tal-ġimgħa, fi x’ħin
Int se toħroġ għalija bil-mod?
Meta se nġorrok fuq idejja hemmhekk,
Fejn impossibbli li wieħed isibek?
Se nisirqek, jekk is-serqa tkun għal qalbek,
Tgħid, għalxejn ħlejt daqshekk saħħa?
Aċċetta mqar ġenna fl-għarix
Jekk it-torri u l-palazz ħadhom xi ħadd!
|