Immaġina jekk sieħbek ikun hekk,
La ħabib u lanqas għadu,
Jekk mal-ewwel ma tkunx tista’ tifhem
Ikunx ħażin jew tajjeb,
Ħudu dal-bniedem fil-muntanji, issogra!
Titilqux minn ħdejk waħdu,
Ħa jkun marbut bl-istess ħabel miegħek
U int se tifhem x’inhu.
Jekk dal-bniedem fil-muntanji ma jkunx tajjeb,
Jekk mal-ewwel ma baqax sod u reġa’ lura,
Rifes glaċier u tilef il-kuraġġ,
Tfixkel f’saqajh u beda jwerżaq,
Dan ifisser li ħdejk ikun bniedem żbaljat,
Tirrabjax miegħu, ibgħatu ’l hemm u daqshekk:
Ħadd ma jieħu miegħu hemm fuq nies bħal dawn,
U hawn ma jkantawx dwarhom.
U jekk ma kienx inewwaħ u jeqred,
Anke jekk kien biċ-ċiera u rrabjat iżda baqa’ miexi,
U meta inti waqajt minn fuq il-blat,
Kien qed jokrob imma jżommok,
Jekk kien jimxi warajk bħal donnu għat-taqbida,
Fuq il-quċċata kien qisu fis-sakra,
Dan ifisser li tista’ torbot fuqu
Daqs fuqek innifsek.
|