Qed nipprova ninħeles bis-saħħa kollha u bil-muskoli kollha,
Iżda llum l-istess bħall-bieraħ:
Iċċirkondawni lili, iċċirkondawni,
U bil-briju qed isegwuni ħalli niġri lejn in-numri!
Minn wara ż-żnieber qed ifaqgħu s-snieter,
Hemmhekk il-kaċċaturi jistaħbew fid-dell.
L-ilpup qed jagħmlu gabirjoli fuq is-silġ,
Għax inbidlu f’mira ħajja.
Qed issir il-kaċċa għall-ilpup, qed issir il-kaċċa,
Għall-predaturi griżi, maturi u l-ġriewi!
Qed jagħjtu s-sawwata u jinbħu l-klieb sa ma jirrimettu,
Id-demm fuq is-silġ u t-tbajja’ ħomor tal-bnadar.
Imma l-kaċċaturi qed jikkompetu mal-ilpup mhux fuq termini ugwali
Iżda xorta waħda idhom mhux se tirtogħod.
Iċċirkundawlna l-liberta’ bil-bnadar
U qed jolqtu b’kunfidenza u ċertezza.
Il-lupu ma jistax jimxi kontra tradizzjonijiet
Għax mid-dehra fit-tfulitna meta konna għadna ġriewi għomja
u konna qed nerdgħu lil ommna,
Xrobna mal-ħalib li mhux permess li taqbeż il-bnadar!
U issa qed issir il-kaċċa għall-ilpup, qed issir il-kaċċa,
Għall-predaturi griżi, maturi u l-ġriewi!
Qed jagħjtu s-sawwata u jinbħu l-klieb sa ma jirrimettu,
Id-demm fuq is-silġ u t-tbajja’ ħomor tal-bnadar.
Saqajna u ixdqa tagħna huma ħfief
Imma għaliex, mexxej, tina r-risposta,
Aħna qed niġru kkaċċjati lejn l-isparatura
U ma nipprovawx niksru l-projibizzjoni?!
Il-lupu ma jistax, m’għandux jagħmel mod ieħor.
U issa qed jiskadili ħini:
Dak li għal min jien iddestinat,
Tbissem u għolla s-senter.
Qed issir il-kaċċa għall-ilpup, qed issir il-kaċċa,
Għall-predaturi griżi, maturi u l-ġriewi!
Qed jagħjtu s-sawwata u jinbħu l-klieb sa ma jirrimettu,
Id-demm fuq is-silġ u t-tbajja’ ħomor tal-bnadar.
Iżda ma bdejtx inżomm l-ubbidjenza
U żgiċċajt wara l-bnadar għax l-għatx għall-ħajja kien ikbar!
Kont qed nisma’ bil-ferħ warajja
L-għajjat tal-istagħġib tan-nies.
Qed nipprova ninħeles bis-saħħa kollha u bil-muskoli kollha,
Imma llum mhux bħall-bieraħ:
Iċċirkondawni lili, iċċirkondawni,
Iżda il-kaċċaturi baqgħu b’xejn!
Qed issir il-kaċċa għall-ilpup, qed issir il-kaċċa,
Għall-predaturi griżi, maturi u l-ġriewi!
Qed jagħjtu s-sawwata u jinbħu l-klieb sa ma jirrimettu,
Id-demm fuq is-silġ u t-tbajja’ ħomor tal-bnadar.
|