Min qal: “Kollox inħaraq kompletament,
Mhux se titfgħu iżjed żerriegħa fil-ħamrija”?
Min qal li l-Art mietet?
Le, hi żammet in-nifs għal xi żmien biss!
Ma tistax toħodilha l-maternita’ lill-Art,
Ma tistax ċċaħħadha minnha daqskemm hu impossibbli li tnixxef il-baħar.
Min emmen li l-Art ħarquha?
Le, hi swiedet bin-niket.
Il-fossi ffurmaw qishom farretti
U l-krejters miftuħin beraħ donnhom feriti.
In-nervaturi mikxufa tal-Art
Jafu t-tbatija mhux terrestri.
Hi se tissaporti kollox, se tistenna,
Tikkunsidrahiex bħala mmankata!
Min qal li l-Art ma tgħannix,
Li ħemdet għal dejjem?!
Le! Qed tinstama’ waqt li qed tipprova tifga l-krib
Mill-feriti u l-bokok tagħha kollha,
Għax l-Art hija r-ruħ tagħna,
U r-ruħ ma titgħaffiġx taħt bwiez!
Min emmen li l-Art ħarquha?!
Le, hi żammet in-nifs għal xi żmien biss...
|