Odijiet mixruqa fuq ix-xafra mdemma
Ħarħru fl-agunija u siktu.
Rapsodisti milquta fil-qalb
Ċekċku qishom ħġieġ imkisser u siktu wkoll.
Anke poeżiji waqagħu fit-taqbida
U temmu t-triq ta’ ħajjithom bl-unur.
Lirika wkoll naħnħet għanja,
L-għanja taċ-ċinju tagħha.
Bħas-siġar li jkunu tilfu l-ilmijiet kollha
Iżda baqgħu weqfin wara l-mewt,
L-istess fil-poeżija jibqgħu sħaħ versi biss
Imma l-poeżiji nfushom m’għadhomx idoqqu għall-widna.
Biex tgedwed it-tgedwid li jkollu l-ħoss tar-ram
Lill-muża ġagħluha tkanta l-innijiet.
Instemgħet ftit u siktet,
Żgur li mhux se ddoqq iżjed għall-widna.
|