Fl-istorja antika kien hemm episodju:
Allat nisa ħallew is-segwitu’
U ddeċidew li jsiru jafu liema tkun l-isbaħ waħda.
Dwar dan staqsew lil Paris u dak ipprefera
Lil Afrodita mill-oħrajn.
Qabdithom ir-rabja lil Gera u Afina
U bdew jhedduh lit-Trojan bil-priġunerija.
Afrodita biss kienet kuntenta
U mal-ewwel tatu bħala rigal
Il-mara ta’ Menelaw Elena.
Il-Griegi dejjem u kullimkien kienu jsejħulha
Lil Elena s-Sabiħa.
U anke sekli, mhux snin biss
Qatt ma ħassru fil-milja taż-żmien
Ir-rakkont dwar is-sbuħija tagħha.
Kont nemminhom lil dawk ir-rakkonti,
Imma xorta xtaqt xi provi kieku.
Pero’ darba waħda infetaħ il-bieb
U daħlet Elena oħra.
Issa ma baqagħlix l-iċken dubju.
|