Illixxa t-tikmix tiegħek, għażiża,
Għax jien ġejt lura. Jien miegħek mill-ġdid.
Xjaħt, ommi, tidher differenti,
Iżda għalija bqajt żagħżugħa!
Neħħi dik id-demgħa u tbissem, isa,
Matul dawk l-għaxar snin tant rajt dmugħ,
Li avolja ma nafx nibki, meta narhom
Kapaċi naqbad nolfoq bis-serjeta` ukoll.
Għaliex bqajna fuq l-għatba?
Daħħalni, daħħalni issa ġewwa.
Spiċċa kollox, l-isfortuni u l-inkwiet,
Tista’ terġa’ ssejjaħli ibnek.
Irrid nirrakkontalek fuq id-dulur,
Fuq ir-rutina tad-dwejjaq tal-ħajja, fuq kollox,
Li rajt ħdejn dak il-baħar imbiegħed,
U forsi ftit fuq xi ħaġa oħra.
Poġġi bħal qabel ħdejn it-tustiera ta’ soddti.
Bħal qabel b’idek żegħilija
Mellisli xagħri lewn il-qamħ, ta’ ibnek,
Kemm hu tajjeb li ninsab miegħek mill-ġdid!
|