Se nkanta issa versi interessanti, Għax huma miktubin għalikom. Se nkanta issa versi mhux magħrufa, Iżda għall-ewwel u mhux għall-mitt darba. L-istudent miskin qed ibati Għax ikollu jorqod għand il-ħbieb. U jwegħduh il-kamra fil-ħostel Forsi diġa’ għall-mitt darba. Qed niftakar fatti interessanti: L-isport tal-futbol qed jimxilna ’l quddiem, Hu jrid isir ċampjin ta’ KIĊ1 Forsi diġa’ għall-mitt darba. Qed jiġri minn bieb għall-ieħor, Għax ilu li ħareġ mill-iskola. Il-ħabib tiegħi qed jipprova jidħol l-Istitut Forsi diġa’ għall-mitt darba. Iżda meta jidħol l-Istitut ma jistudjax, U bil-libsa “ekstra-klass” tiegħu Dal-petitu jitkeċċa mill-Istitut Forsi diġa’ għall-mitt darba. Kemm jittorturah lill-bniedem id-destin! Hawnhekk se ntemmu r-rakkont tagħna: L-istudent ilu jipprova jgħaddi mill-eżami Forsi diġa’ għall-mitt darba.
1 KIĊ - il-Fakulta’ tal-Kostruzzjoni Industriali u Ċivili tal-Istitut ta’ Moska għall-Inġenerija u l-Kostruzzjoni.
 
© Yana Psaila. Traduzzjoni, 2018